IPS Student Scheme - Summer Plus Programme
L-APPLIKAZZJONIJIET ISSA GĦALQU
L-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) għandu l-pjaċir iħabbar it-tnedija tal-Programm Summer+, inizjattiva ġdida mfassla biex toffri esperjenza tax-xogħol prattiku lill-istudenti full-time li qed isegwu studji fil-Livelli 4, 5, 6, u 7 tal-MQF matul il-vaganzi tas-sajf.
Il-Programm Summer+ joffri l-opportunitajiet ta’ impjieg li ġejjin:
|
1. Amministrazzjoni Pubblika
Pożizzjonijiet disponibbli f’diversi Ministeri u Entitajiet tal-Gvern. |
2. Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) Opportunitajiet ta’ xogħol mal-FES fir-rwoli ta’: i) Playworkers ii) Ħaddiema ta’ Appoġġ tat-Tfal |
3. Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar (Superviżjoni tal-Bajjiet) Opportunitajiet ta’ impjieg f’Għawdex u Kemmuna matul l-istaġun tal-Bandiera Blu tal-2025. |
Informazzjoni Importanti:
Amministrazzjoni Pubblika:
1. Perjodu tal-Programm: mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2025.
2. Ħinijiet tax-Xogħol: 20 siegħa fil-ġimgħa.
Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES):
1. Perjodu tal-Programm: mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2025.
2. Ħinijiet tax-Xogħol: 20 siegħa fil-ġimgħa.
3. Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) se tikkuntattja lill-istudenti magħżula biex tipprovdi dettalji dwar korsijiet ta’ taħriġ obbligatorju, li jrid jitlesta qabel il-bidu tad-dmirijiet.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar (Superviżjoni tal-Bajjiet):
1. Perjodu tal-Programm: mill-14 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2025.
2. Ħinijiet tax-xogħol: bejn l-10.00am u s-6.00 pm fuq roster ta’ 7 ijiem li se jiġi pprovdut mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. Il-jiem tax-xogħol normalment ivarjaw minn 3 sa 5 ijiem fil-ġimgħa.
3. Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar se jikkuntattja lill-istudenti eliġibbli għal kors ta’ taħriġ obbligatorju li se jsir wara l-1 ta’ Ġunju 2025.
4. L-applikanti magħżula jrid ikollhom 18-il sena jew aktar sad-9 ta’ Ġunju 2025.
5. L-applikanti magħżula għandu jkollhom liċenzja tas-sewqan valida jew inkella jimpenjaw ruħhom li jkollhom it-trasport tagħhom stess lejn u mill-post tax-xogħol.
Għal aktar informazzjoni, l-istudenti jistgħu jikkuntattjaw lill-IPS fuq
Tel: 2200 1884 jew email: [email protected]
Ċaħdiet ta’ Responsabbiltà:
• Is-sottomissjoni tal-applikazzjoni ma tiggarantixxix awtomatikament post fil-Programm Summer+. Se tiġi kkuntattjat b’aktar dettalji ladarba l-applikazzjoni tiġi pproċessata.
• L-applikanti se jiġu allokati skont il-ħtiġijiet tal-Amministrazzjoni Pubblika.
• L-Istudent Trainee għandu jkun obbligat li jinnotifika lis-Superviżur tiegħu/tagħha bi kwalunkwe kundizzjoni li tista’ taffettwa l-prestazzjoni, l-imġiba, jew l-interazzjoni tiegħu/tagħha fil-post tax-xogħol.