FAQs Ġenerali
Open Accordion Item Close Accordion Item X’inhu l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi u x’jagħmel?

Agħfas hawn għal informazzjoni dwar l-Istitut.

Open Accordion Item Close Accordion Item Fejn jinsab l-Istitut?

L-Istitut jinsab il-Furjana fil-binja li qabel kienet id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku, ftit ’il bogħod mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fid-direzzjoni ta’ Sa Maison. Ara l-paġna tad-Dettalji tal-Kuntatt ta’ dan is-sit web għall-indirizz tal-Istitut u dettalji tal-kuntatt oħrajn.

Open Accordion Item Close Accordion Item Fejn nista’ nsib aktar informazzjoni dwar is-servizzi offruti mill-Istitut?

Tista’ ssib aktar informazzjoni billi taċċessa l-paġna rilevanti fuq is-sit web jew l-FAQs rilevanti. Jekk għad għandek mistoqsijiet jew teħtieġ aktar informazzjoni tista’ tikkuntattjana hawn.

FAQs dwar il-Prospectus
Open Accordion Item Close Accordion Item X’korsijiet joffri l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi?

Tista’ tara l-IPS Prospectus minn hawnhekk. Inkella, għall-informazzjoni aktar dettaljata tista’ tmur direttament fuq is-Sit Web tal-IPS Prospectus billi tagħfas din il-link.



Open Accordion Item Close Accordion Item X’inhu l-IPS Prospectus?

 L-IPS Prospectus jipprovdi lista tal-programmi u/jew il-korsijiet ta’ taħriġ li huma mmirati biex imexxu ’l quddiem l-iżvilupp professjonali u personali tal-impjegati fl-Amministrazzjoni Pubblika ta’ Malta. 

Huwa maqsum f’taqsimiet li jagħtu dettalji dwar it-taħriġ li huwa applikabbli għas-setturi varji tas-Servizz Pubbliku. Jipprovdi wkoll għadd ta’ korsijiet dwar ħiliet ewlenin għall-iżvilupp li tista’ tiddeċiedi li ssegwi sabiex tavvanza l-iżvilupp personali u professjonali tiegħek fil-grad attwali tiegħek.  Aktar informazzjoni dwar kull taqsima tista’ tinstab hawnhekk.

Flimkien ma’ dawn ta’ hawn fuq, l-IPS joffri wkoll gwida u appoġġ f’inizjattivi oħra li mhumiex inklużi fl-IPS Prospectus, li huma aktar personalizzati skont il-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni tiegħek. Aktar informazzjoni dwar taħriġ imfassal apposta tista’ tinstab hawnhekk.

Tista’ tara l-Pubblikazzjoni tal-IPS Prospectus hawnhekk.  Inkella, għal informazzjoni aktar dettaljata tista’ tmur direttament fuq is-Sit Web tal-IPS Prospectus billi tagħfas din il-link.

Open Accordion Item Close Accordion Item Fejn nista’ nsib aktar informazzjoni dwar korsijiet/programmi speċifiċi offruti mill-IPS?

Tista’ tara informazzjoni dettaljata dwar il-korsijiet/programmi bħall-kontenut, l-objettivi, l-udjenza fil-mira u l-eżiti tat-tagħlim mis-Sit Web tal-IPS Prospectus.  Ladarba tidħol fis-Sit Web tal-IPS Prospectus, agħfas fuq “View Details” (Ara d-Dettalji) għall-kors/programm rispettiv u mbagħad agħfas fuq kull intestatura.

Open Accordion Item Close Accordion Item Kif inkun naf li kors/programm huwa akkreditat?

Il-Livell tal-MQF u l-ECTS, kif applikabbli, ikunu disponibbli mis-Sit Web tal-IPS Prospectus .  Ladarba tidħol fis-Sit Web tal-IPS Prospectus, agħfas fuq “View Details” (Ara d-Dettalji) u mbagħad fuq l-intestatura rilevanti (MQF jew ECTS) għall-kors/programm rispettiv.

Open Accordion Item Close Accordion Item Kif inkun naf liema korsijiet/programmi huma miftuħa għall-applikazzjonijiet?

Il-Korsijiet u l-Programmi miftuħa għall-applikazzjonijiet jinsabu fil-paġna ‘Korsijiet Miftuħin għall-Applikazzjonijiet’ fuq is-sit elettroniku tal-IPS.

FAQs dwar kif tapplika għat-Taħriġ tal-IPS
Open Accordion Item Close Accordion Item Min jista’ japplika għall-korsijiet tal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi?

Il-korsijiet tal-Istitut huma miftuħin għall-impjegati tal-Amministrazzjoni Pubblika ta’ Malta biss. Barra dan, il-korsijiet normalment ikollhom udjenza fil-mira. L-applikazzjonijiet jistgħu ma jiġux aċċettati jekk l-uffiċjali li japplikaw ma jkunux f’dan il-grupp fil-mira. L-uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw fuq l-inizjattiva tagħhom stess, soġġett għall-approvazzjoni tal-maniġer dirett tagħhom (fejn applikabbli), jew jistgħu jiġu nnominati mill-maniġer dirett tagħhom.

Idealment, l-istaff għandhom jattendu t-taħriġ wara li tkun twettqet analiżi tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ fi ħdan l-organizzazzjoni. Analiżi tal-ħtiġijiet għal taħriġ għandha tikkonċentra fuq il-prestazzjoni ta’ organizzazzjoni u kif għandha taħdem; il-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-forza tax-xogħol tagħha u jekk humiex relatati mal-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni; u x'qed jagħmlu impjegati individwali, u x’għandhom ikunu d-dmirijiet tagħhom b’relazzjoni mal-miri ġenerali tal-prestazzjoni tal-organizzazzjoni li qed timpjegahom.

Għaldaqstant, il-ħtiġijiet għal taħriġ għandhom ikunu analizzati primarjament għall-organizzazzjoni b’mod sħiħ, it-tieni nett għal gruppi jew unitajiet b’funzjonijiet partikolari, u t-tielet nett għal impjegati individwali. B’hekk ikun possibbli li jiġu stabbiliti l-oqsma u l-prijoritajiet għat-taħriġ u l-għamla tat-taħriġ li trid tiġi adottata.

Open Accordion Item Close Accordion Item Kif nista’ napplika għall-korsijiet tal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi?

Biex tapplika għal korsijiet ta’ taħriġ biex tavvanza l-iżvilupp tiegħek b’taħriġ professjonali u personali (taħriġ mhux obbligatorju), tista’ tirreferi għall-paġna tal-Opportunitajiet għat-Taħriġ fis-Sit Web tal-IPS biex tiċċekkja liema korsijiet huma miftuħin attwalment għall-applikazzjonijiet billi tagħfas hawnhekk.  Meta tagħfas fuq l-isem tal-kors tiġi dirett/a lejn il-paġna tal-applikazzjoni rispettiva.


Barra minn hekk, bħala uffiċjal pubbliku, se tirċievi komunikazzjoni perjodika (permezz ta’ e-mail) mill-IPS li tinfurmak dwar korsijiet ta’ taħriġ li huma miftuħin għall-applikazzjonijiet għall-grad/iskala tiegħek.


Ladarba tiġi diretta/a lejn il-paġna tal-applikazzjonijiet, segwi l-passi ta’ hawn taħt:

  1. Agħżel il-programm jew il-kors li huwa rilevanti għall-grad u/jew għall-avvanz tal-karriera tiegħek billi timmarka “Interested to Apply” (Interessat/a biex Napplika);
  2. Il-kors/programm magħżul jiġi miżjud awtomatikament fil-cart (ma jistgħux jiżdiedu aktar minn 10 korsijiet);
  3. Checkout – meta tkun lest/a biex tissottometti, tintalab tagħżel id-dati. Il-korsijiet għandu mnejn ma jibqgħux disponibbli waqt li tkun qed tissottometti l-applikazzjoni tiegħek billi s-sistema taħdem f’ħin reali u parteċipanti potenzjali oħra għandu mnejn jieħdu l-postijiet li jkun fadal.  F’tali każijiet, l-applikazzjoni tiegħek xorta tiġi aċċettata u tiġi inkluża fuq il-lista ta’ stennija. 
  4. Il-maniġer dirett tiegħek se jirċievi e-mail biex jikkunsidra l-applikazzjoni tiegħek (skont id-Direttiva 8.1, mhix meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel għal Uffiċjali Pubbliċi fi Skala 5 jew ogħla).  Ladarba l-maniġer dirett tiegħek japprova/jirrifjuta l-applikazzjoni, tiġi notifikat/a kif xieraq.

Aktar informazzjoni dettaljata dwar kif tapplika permezz tas-Sit Web tal-IPS Prospectus tista’ tinstab billi taċċessa dan il-manwal.

Jekk xorta tiltaqa’ ma’ xi diffikultà jew għandek aktar mistoqsijiet dwar l-applikazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-IPS fuq: 2200 1884.

Open Accordion Item Close Accordion Item Kif nista’ napplika għal taħriġ ta’ introduzzjoni?

M’hemmx bżonn tapplika għal dan it-taħriġ billi d-Diretturi responsabbli għall-HR/Maniġġjar tan-Nies f’kull Ministeru jgħaddu l-lista ta’ uffiċjali lill-IPS, fejn jindikaw il-programm ta’ introduzzjoni li kull uffiċjal huwa meħtieġ li jlesti.  Dan japplika għal kull tip ta’ taħriġ ta’ introduzzjoni organizzat mill-IPS – jiġifieri introduzzjoni esterna u introduzzjoni relatata mal-pożizzjoni.  Għal aktar informazzjoni, tista’ tikkuntattja lid-Direttur rispettiv fil-Ministeru tiegħek.

Open Accordion Item Close Accordion Item Meta nista’ napplika għal korsijiet tal-IPS?

Biex tapplika għal korsijiet ta’ taħriġ biex tavvanza l-iżvilupp tiegħek b’taħriġ professjonali u personali (taħriġ mhux obbligatorju), tista’ tirreferi għall-paġna tal-Opportunitajiet għat-Taħriġ fis-Sit Web tal-IPS biex tiċċekkja liema korsijiet huma miftuħin attwalment għall-applikazzjonijiet billi tagħfas hawnhekk.  Meta tagħfas fuq l-isem tal-kors tiġi dirett/a lejn il-paġna tal-applikazzjoni rispettiva.

Barra minn hekk, bħala uffiċjal pubbliku, se tirċievi komunikazzjoni perjodika (permezz ta’ e-mail) mill-IPS li tinfurmak dwar korsijiet ta’ taħriġ li huma disponibbli għall-applikazzjonijiet għall-grad/iskala tiegħek.

​Ovvjament, dan ma japplikax għal dawk il-Programmi u/jew il-korsijiet ta’ taħriġ li huma obbligatorji u li għandhom proċess ta’ applikazzjoni distint, bħall-Programmi ta’ Introduzzjoni għal rekluti ġodda, billi dawn huma offruti fuq bażi kontinwa u informazzjoni dwar min huwa meħtieġ li jattendi għal tali taħriġ tintbagħat dirett lill-IPS mid-Diretturi responsabbli għall-HR/Maniġġjar tan-Nies.  Għal aktar informazzjoni dwar taħriġ ta’ introduzzjoni, tista’ tikkuntattja lid-Direttur rispettiv fil-Ministeru tiegħek.

Open Accordion Item Close Accordion Item Il-formola ta' applikazzjoni teħtieġ li l-applikazzjonijiet ikunu approvati mill-uffiċjal li jagħmel in-nomina. Min hu l-uffiċjal li jagħmel in-nomina?

L-uffiċjal li jagħmel in-nomina għandu jkun il-maniġer dirett tal-applikant, u r-rwol tiegħu huwa li jiżgura li t-taħriġ huwa rilevanti għax-xogħol tal-applikant u li japprova l-applikazzjoni jekk huwa sodisfatt b’dan. L-uffiċjal li jagħmel in-nomina jista’ jinnomina staff għal taħriġ fuq inizjattiva tiegħu stess jekk iqis li t-taħriġ huwa ta’ benefiċċju għall-organizzazzjoni.

Open Accordion Item Close Accordion Item Għaliex ma nistax napplika għal xi wħud mill-programmi u l-korsijiet?

Programmi ta’ taħriġ bħal dawk ta’ introduzzjoni mhumiex miftuħa għall-applikazzjonijiet direttament mill-uffiċjali li huma meħtieġa jattendu.  L-IPS jirċievi l-lista ta’ uffiċjali meħtieġa li jattendu għal tali taħriġ mid-dipartiment tal-HR ta’ kull Ministeru u jikkuntattja lill-uffiċjali direttament b’aktar dettalji.   Tali taħriġ obbligatorju huwa indikat bħala “By Invitation Only” (Permezz ta’ Stedina Biss) fis-sit web tal-IPS Prospectus.


Korsijiet oħra huma miftuħin għall-applikazzjonijiet fi żminijiet differenti matul is-sena skont il-ħtieġa tal-Amministrazzjoni Pubblika ta’ Malta u dawn huma indikati bħala “Currently not open for Applications” (Bħalissa mhux miftuħin għall-applikazzjonijiet) fis-sit web tal-IPS Prospectus.

Jekk xorta għandek aktar mistoqsijiet dwar l-applikazzjoni tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-IPS fuq: 2200 1884.

Open Accordion Item Close Accordion Item Ippruvajt nissottometti applikazzjoni online permezz tas-sit web tal-Prospectus, iżda s-sit web qed juri żball.

Ipprova uża brawżer differenti – jekk qed tuża Chrome erġa’ pprova billi tuża Microsoft Edge u viċiversa.  Jekk xorta għandek diffikultà tissottometti l-applikazzjoni online, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-IPS fuq 2200 1884.

Open Accordion Item Close Accordion Item X’jiġri wara li nissottometti applikazzjoni għal Taħriġ tal-IPS?

Isir proċess ta’ skrutinju meta l-applikazzjonijiet jaslu għand l-IPS. L-applikanti għal korsijiet li għalihom ma kienx hemm dati disponibbli, se jiġu kkuntattjati mill-IPS meta jiġu skedati d-dati. 

Meta l-applikanti jagħżlu d-dati biex jattendu t-taħriġ, jirċievu stedina fil-kalendarju u tfakkira bid-dettalji kollha ftit jiem qabel id-data tat-taħriġ.


FAQs dwar l-Attendenza għat-Taħriġ tal-IPS
Open Accordion Item Close Accordion Item Attendejt it-taħriġ tal-IPS u għamilt l-eżami – kif se nkun naf ir-riżultat?

L-IPS tikkomunika r-riżultati tal-eżamijiet lill-parteċipanti individwalment permezz tal-email.

Open Accordion Item Close Accordion Item Jingħata ċertifikat għat-taħriġ tal-IPS?

Ċertifikat diġitali jinħareġ mill-IPS għal korsijiet individwali li jitlestew b’suċċess. Għal korsijiet li huma parti minn programm, ċertifikat diġitali jinħareġ meta jitlesta l-programm kollu. 

Open Accordion Item Close Accordion Item Kif nista’ ningħaqad ma’ sessjoni ta’ taħriġ online?

L-IPS tibgħat stedina tal-kalendarju tal-Microsoft Teams għas-sessjonijiet ta’ taħriġ online. Malli tirċievi l-istedina, jekk jogħġbok aċċettaha.

Fil-jum skedat tat-taħriġ, sib l-istedina fil-Kalendarju tal-Outlook tiegħek u agħfas fuq l-avveniment. Fl-aħħar nett, agħżel “Join the Meeting” biex tipparteċipa fis-sessjoni.

Open Accordion Item Close Accordion Item X’għandi nagħmel jekk inkun marid/a u ma nkunx nista’ nattendi t-taħriġ li nkun ipprenotajt?

Jekk tkun marid/a fid-data li fiha suppost kellek tattendi t-taħriġ, jekk jogħġbok ibgħat email lill-IPS, u inkludi lill-maniġer dirett tiegħek.  L-indirizz elettroniku jinsab fuq l-email ta' tfakkira mibgħuta mill-IPS ftit jiem qabel kull kors.   Inti mħeġġeġ tibgħat tali email, jekk possibbli, qabel tibda s-sessjoni

FAQs dwar Taħriġ Imfassal Apposta
Open Accordion Item Close Accordion Item X’inhu Taħriġ Imfassal Apposta (magħruf ukoll bħala Customised Training)?

 Bħala prinċipju ġenerali, it-Taħriġ Imfassal Apposta jinvolvi l-ħolqien ta’ kors jew programm ġdid – jew permezz tal-adattament ta’ taħriġ eżistenti offrut mill-IPS jew bl-iżvilupp totali mill-bidu nett ta’ kors jew programm - skont il-ħtieġa speċifika ta’ Ministeru jew Entità.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar x’inhu taħriġ imfassal apposta, it-tipi ta’ taħriġ imfassal apposta u l-proċess tal-applikazzjoni fl-Istandards Vinkolanti li jirregolaw it-Talbiet għal Taħriġ Imfassal Apposta magħmula lill-IPS u li jistgħu jinkisbu billi tagħfas hawnhekk.

 L-istaff tal-IPS huma ħerqana li jiltaqgħu miegħek biex jiddiskutu l-ħtiġijiet tiegħek u anke jorganizzaw is-sessjonijiet f’ismek.  

Jekk teħtieġ aktar informazzjoni jew għajnuna, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-IPS fuq: 2200 1884 jew [email protected].

Open Accordion Item Close Accordion Item Kif tista’ entità tapplika għal taħriġ imfassal apposta?

Jekk entità tidentifika ħtieġa ta’ taħriġ partikolari li mhijiex indirizzata fil-Prospectus, tista’tapplika għal taħriġ imfassal apposta. Tista’ tinstab aktar informazzjoni billi tagħfas hawnhekk. 

Jekk teħtieġ aktar informazzjoni jew għajnuna, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-IPS fuq: 2200 1884 jew [email protected] .

FAQs Ġenerali dwar it-Taħriġ
Open Accordion Item Close Accordion Item Għandi bżonn ninforma lill-IPS jekk id-dettalji ta’ kuntatt tiegħi, b’ mod partikolari l-indirizz tal-email tiegħi, inbidlu?

Jekk kont applikajt għall-kors mal-IPS u d-dettalji tal-kuntatt u/jew l-indirizz elettroniku tiegħek inbidlu sadanittant, jekk jogħġbok ibgħat email lil [email protected] billi tikkwota n-numru tal-karta tal-ID u l-indirizz elettroniku l-ġdid tiegħek, għax inkella ma nkunux nistgħu nikkomunikaw miegħek. Jekk l-indirizz elettroniku tax-xogħol tiegħek inbidel, jekk jogħġbok ibgħat l-email mill-indirizz elettroniku tax-xogħol il-ġdid.

Open Accordion Item Close Accordion Item Għadni kif ingħaqadt mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta. Jeħtieġ li napplika għat-taħriġ?

Uffiċjali li jingħaqdu mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta u li m’għandhom l-ebda esperjenza preċedenti tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, billi ma jkunux servew qabel fi ħdan is-Servizz Pubbliku ta’ Malta, huma meħtieġa li jlestu t-Taħriġ ta’ Introduzzjoni Ewlieni mmirat għal rekluti esterni.  Dan huwa obbligatorju u għandu jitlesta l-ewwel u qabel kwalunkwe taħriġ ta’ introduzzjoni ieħor relatat mal-pożizzjoni li għandu mnejn ikun meħtieġ.

M’hemmx bżonn tapplika għal dan it-taħriġ billi d-Diretturi responsabbli għall-HR/Maniġġjar tan-Nies f’kull Ministeru jgħaddu l-lista ta’ uffiċjali lill-IPS, fejn jindikaw l-programm ta’ introduzzjoni li kull uffiċjal huwa meħtieġ li jlesti.  Għal aktar informazzjoni, tista’ tikkuntattja lid-Direttur rispettiv fil-Ministeru tiegħek.

Open Accordion Item Close Accordion Item It-taħriġ tal-IPS isir online jew fil-klassi?

L-IPS jorganizza t-taħriġ kemm online kif ukoll fil-klassi skont is-suġġett tat-taħriġ u liema metodu ta’ taħriġ jitqies li huwa ta’ aktar benefiċċju għall-udjenza fil-mira tat-taħriġ. 

Open Accordion Item Close Accordion Item Jekk inlesti l-korsijiet kollha tal-ICDL Base mal-IPS, ningħata ċ-Ċertifikat tal-ICDL?

L-IPS joffri għadd ta’ korsijiet fl-ICDL Base.  Jinħareġ ċertifikat tal-IPS għal kull kors li tattendi iżda mhux iċ-ċertifikat tal-ICDL komplut.

Open Accordion Item Close Accordion Item KIF NISTA’ NITLOB EŻENZJONI MINN KORS LI JIFFORMA PARTI MINN PROGRAMM?

Jekk diġà attendejt u temmejt b’suċċess kors li jagħmel parti minn Programm li qed issegwi bħalissa jew temmen li int intiż/a sew fis-suġġett rilevanti minħabba l-kwalifiki u l-esperjenza tax-xogħol tiegħek, tista’ tissottometti applikazzjoni biex titqies għal eżenzjoni milli tattendi l-kors(ijiet).  Tista’ tagħmel dan billi timla l-formola ta' applikazzjoni għal eżenzjoni li tista’ ssibha minn din il-ħolqa u tehmeż evidenza tal-kwalifika u/jew l-esperjenza abbażi ta’ liema qed titlob l-eżenzjoni.

Open Accordion Item Close Accordion Item Minn fejn nista’ nsib rekord tat-taħriġ tal-IPS li attendejt, li bbukkjajt biex nattendi u/jew li applikajt għalih?

Ir-rekords tat-taħriġ li attendejt, li bbukkjajt biex tattendi u li applikajt għalih jistgħu jinstabu f’myPortal.  Tista’ tidħol bil-kont tiegħek ta’ CORP, iLearn jew e-ID.  

FAQs dwar Coursera
Open Accordion Item Close Accordion Item Kif nista’ ningħaqad u nirreġistra għat-taħriġ ta’ Coursera li huwa sponsorjat mill-IPS?

L-IPS se tikkuntattjak bid-dettalji tat-taħriġ li tkun meħtieġ tattendi għalih, inkluż il-perjodu ta’ żmien li fih tali taħriġ għandu jitlesta. Aktar informazzjoni dwar kif taċċessa l-pjattaforma ta’ upskilling Coursera hija disponibbli fil-Guidebook dwar kif tingħaqad mat-taħriġ tal-Coursera sponsorjat mill-IPS. Peress li Coursera hija pjattaforma ta’ taħriġ online li tista’ ssegwih bil-pass tiegħek, tista’ twettaq it-taħriġ f’ħin u b’pass li jaqbel l-aktar mal-iskeda individwali tiegħek, sakemm tlestih sal-iskadenza indikata fl-email tal-IPS.

Open Accordion Item Close Accordion Item X’għandi nagħmel jekk ikolli diffikultà biex naċċessa xi materjal tat-taħriġ ta’ kors ta’ taħriġ ta’ Coursera?

F’każ ta’ diffikultà biex taċċessa l-materjal tat-taħriġ mill-pjattaforma ta’ titjib tal-ħiliet ta’ Coursera, jekk jogħġbok għarraf lill-IPS.  Jekk jogħġbok inkludi kemm jista’ jkun informazzjoni, bħal pereżempju l-link tat-taħriġ u ritratt tal-iskrin.

Open Accordion Item Close Accordion Item X’għandi nagħmel jekk qed nsegwi t-taħriġ fuq Coursera imma l-progress tiegħi mhux qed jiġi rreġistrat?

F’każijiet bħal dawn, jekk jogħġbok idħol fuq Coursera u kkuntattja lil Coursera permezz taċ-chat disponibbli minn din il-Link - https://www.coursera.support/s/learner-help-center.

Open Accordion Item Close Accordion Item Għandi bżonn ninforma lill-IPS meta nlesti t-taħriġ ta’ Coursera?

L-IPS għandha aċċess għall-progress irreġistrat mill-parteċipanti fit-taħriġ ta’ Coursera sponsorjat mill-IPS.  M’hemmx bżonn tavża lill-IPS meta tlesti t-taħriġ.  

Open Accordion Item Close Accordion Item Nista’ nibqa’ naċċessa r-rekord tal-programmi ta’ taħriġ ta’ Coursera sponsorjati mill-IPS wara jitneħħa l-aċċess tiegħi mill-IPS?

Sabiex tkun tista’ tkompli taċċessa l-informazzjoni personali tiegħek fuq Coursera, inklużi ċ-ċertifikati maħruġa minn Coursera, għandek iddaħħal indirizz elettroniku alternattiv fis-settings ta’ Coursera sabiex, meta l-liċenzja tal-IPS titneħħa, tkun tista’ tkompli taċċessa l-informazzjoni tiegħek.  Tista’ ssib informazzjoni dwar kif iżżid indirizz elettroniku ieħor fil-Guidebook on how to join Coursera training sponsored by IPS.

Jekk is-sistema ma tħallikx tissejvja l-indirizz elettroniku tiegħek għax diġà użajtu qabel, jekk jogħġbok  ibgħat d-dettalji tal-indirizz elettroniku tax-xogħol u dak personali tiegħek lil IPS.


Open Accordion Item Close Accordion Item Se nintalab inħallas għall-Korsijiet ta’ Coursera?

Għall-korsijiet iffinanzjati mill-IPS, m’għandekx għalfejn tħallas. Biex tkun ċert/a li qed tieħu sehem fil-Programm ta’ Taħriġ tal-IPS, wara li tidħol, jekk jogħġbok ara li fil-parti ta’ fuq tal-paġna hemm il-logo tas-Servizz Pubbliku u l-logo tal-IPS. 

Jekk għandek mistoqsijiet dwar korsijiet ta’ taħriġ oħra li toffri Coursera imma li mhumiex fil-Programm ta’ Taħriġ ta’ Coursera tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-IPS fuq [email protected].


Open Accordion Item Close Accordion Item L-emails li nirċievi minn Coursera mhux qed jintwerew kif suppost. X’nista’ nagħmel biex insolvi din il-problema?

Biex tiżgura li l-emails li tirċievi minn Coursera jintwerew kif suppost, jekk jogħġbok żid l-indirizz elettroniku ta’ Coursera [email protected] mal-Lista ta’ Mittenti Sikuri tiegħek. Ikklikkja fuq il-lemin fuq il-messaġġ ta’ żball. Ikklikkja fuq “Add Sender to Safe Senders List”.

Open Accordion Item Close Accordion Item Fejn nista’ nsib aktar għajnuna dwar kif nuża Coursera?

Għal għajnuna teknika ġenerali dwar kif tuża Coursera, tista’ żżur iċ-Ċentru tal-Għajnuna għall-Istudenti, disponibbli minn din il-link: https://www.coursera.support/s/learner-help-center.  Jekk jogħġbok innota li mhux il-kontenut kollu f’din il-link huwa applikabbli għall-Programmi ta’ Taħriġ tal-IPS.

Għal mistoqsijiet aktar speċifiċi jew mistoqsijiet marbuta mal-Programm ta’ Taħriġ tiegħek, jekk jogħġbok idħol f’Coursera u kkuntattja lil Coursera permezz taċ-chat disponibbli minn din il-link - https://www.coursera.support/s/learner-help-center jew ikkuntattja lill-IPS direttament billi twieġeb l-email li tirċievi direttament mill-IPS. 

Open Accordion Item Close Accordion Item Fejn nista’ nsib il-politiki u t-termini u l-kundizzjonijiet ta’ Coursera?

Għal aktar informazzjoni dwar il-politiki u t-termini tal-programmi ta’ Coursera, tista’ tikklikkja fuq din il-link: https://www.coursera.support/s/learner-help-center-coursera-policies

FAQs dwar BlockCerts
Open Accordion Item Close Accordion Item X’inhuma l-benefiċċji ta’ Ċertifikat blockchain?

Ċertifikat blockchain jista’ jintuża biex jiġu vverifikati l-kredenzjali tiegħek għal kulleġġi, universitajiet u impjegaturi.  Tista’ wkoll taqsam pubblikament iċ-Ċertifikat tiegħek mal-kollegi tax-xogħol, membri tal-familja u ħbieb fuq il-media soċjali jew privatament permezz ta’ messaġġ jew e-mail billi tuża ħolqa taċ-ċertifikat.

Open Accordion Item Close Accordion Item Dan xi jfisser għalija?

Meta tippossjedi r-rekords uffiċjali tiegħek, ma jkollokx aktar bżonn li tikseb kopji oriġinali mir-reġistratur (Emittent taċ-Ċertifikat) kull darba li tapplika għal opportunità ġdida, sew jekk tkun skola jew impjegatur. Tista’ sempliċement tibgħat iċ-Ċertifikat diġitali tiegħek permezz ta’ e-mail jew messaġġ jew tippejstja ħolqa għaċ-Ċertifikat tiegħek fis-CV jew fil-profil ta’ LinkedIn tiegħek għal verifika faċli.

Open Accordion Item Close Accordion Item Kif nikseb iċ-Ċertifikat tiegħi?

Iċ-Ċertifikat tiegħek jintbagħatlek permezz ta’ e-mail mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi - “IPS Certification” - biex jiġi importat fl-app tal-mowbajl sigura Blockcerts Wallet installata fuq l-ismartphone jew it-tablet tiegħek, li hija mfassla biex tirċievi, taħżen u taqsam iċ-Ċertifikat tiegħek. Fl-e-mail, tirċievi hemża tal-fajl taċ-ċertifikat tiegħek – fajl kodifikat intenzjonat għal ħażna sigura – biex tkun tista’ taħżinhom fejn trid.

Open Accordion Item Close Accordion Item Hemm proċess faċli f’żewġ passi biex tirċievi ċ-ċertifikati:

L-ewwel, niżżel l-app tal-mowbajl bla ħlas Blockcerts Wallet. Tirċievi e-mail mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) - “IPS Certification” - li tistiednek tniżżel l-app bla ħlas Blockcerts Wallet mill-App Store tal-mowbajl tiegħek. Ladarba tiġi installata, huwa rrakkomandat li tikkopja l-passphrase sigura tiegħek u taħżinha xi mkien sigur. Il-passphrase tippermettilek tagħti prova li int tippossjedi ċ-ċertifikati tiegħek jekk qatt tħassar l-app jew titlef il-mowbajl.

It-tieni, żid iċ-ċertifikat tiegħek fl-app.

Meta jasal iż-żmien li tirċievi ċ-ċertifikat tiegħek, tirċievi t-tieni e-mail mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) - “IPS Certification” - biċ-ċertifikat attwali tiegħek mehmuż. Dan il-fajl huwa ċ-ċertifikat blockchain reali tiegħek; huwa rrakkomandat li taħżnu fejn taħżen fajls tad-data importanti oħra. Tista’ wkoll tagħfas il-ħolqa fl-e-mail biex iżżid iċ-Ċertifikat fl-app tiegħek, u b’hekk ikun faċli għalik biex taqsam iċ-ċertifikat tiegħek u turih online.

Open Accordion Item Close Accordion Item Kif taħdem l-app?

L-app taħdem daqslikieku hija fowlder privat. Hija sigura b’mod kriptografiku biex ħadd ħlief int ma jista’ jaċċessaha. L-app tikkomunika mal-organizzazzjonijiet li joħorġulek iċ-ċertifikati biex ikunu jafu fejn se jibagħtuhom. Tħallik iżżomm ċertifikati minn bosta organizzazzjonijiet differenti kollha f’post wieħed fuq l-apparati tiegħek stess biex ma toqgħodx tiddependi fuq xi ħadd ieħor biex jaħżen iċ-ċertifikati tiegħek. Mhijiex marbuta ma’ identità pubblika li għandek (bħal profil tal-media soċjali jew kont tal-iskola) għalhekk tista’ tagħżel meta u kif tixtieq taqsam l-informazzjoni fl-app tiegħek.

Iżda dan ifisser li int kompletament responsabbli biex timmaniġġja l-app tiegħek. Ikollha passphrase sigura li int biss ikollok aċċess għaliha. Żgura li tissejvja l-passphrase unika tiegħek f’post sigur, bħal maniġer tal-passwords. Dan iħallik terġa’ tiġġenera l-app tiegħek u tagħti prova li int tippossjedi l-kredenzjali tiegħek jekk qatt tħassar l-app jew titlef il-mowbajl. Jekk titlef il-passphrase tiegħek, tkun qisek tlift l-ID li turi li int tassew dak li qed tgħid li int; tkun teħtieġ tikkuntattjana biex nerġgħu noħorġulek iċ-Ċertifikat tiegħek.

Open Accordion Item Close Accordion Item X’nista’ nagħmel biċ-Ċertifikat blockchain tiegħi?

Meta ċ-Ċertifikat tiegħek ikun fuq il-blockchain, dan ifisser li r-rekord oriġinali tiegħek ikun dejjem fil-pussess tiegħek. Int tikkontrolla kif jintuża. Tista’ tagħżel li taqsam iċ-Ċertifikat tiegħek pubblikament bħal fuq profil tal-media soċjali (Facebook, LinkedIn, eċċ), jew li tibgħat iċ-Ċertifikat tiegħek privatament permezz ta’ e-mail jew messaġġ. Fl-aħħar nett, tista’ tinkludi ħoloq għaċ-Ċertifikat tiegħek fuq is-CV, il-portafoll pubbliku, jew l-applikazzjonijiet tiegħek biex nies bħal impjegaturi potenzjali jistgħu jivverifikaw il-kwalifiki tiegħek b’għafsa ta’ buttuna.

Open Accordion Item Close Accordion Item Għal kemm żmien se jkolli ċ-Ċertifikat blockchain tiegħi?

Ladarba rekord ikun fuq il-blockchain, ikun hemm għal dejjem. Iċ-ċertifikat tiegħek jista’ jiskadi (jekk ikollu limitu ta' żmien, bħal liċenzja) jew jista’ jiġi revokat (jekk jinħareġ bi żball, jew bħala parti minn azzjoni dixxiplinarja), iżda dejjem ikun fil-pussess tiegħek. Iżda jekk jiskadi jew jiġi revokat, ma jiġix verifikat aktar bħala ċertifikat validu minn partijiet terzi.

Open Accordion Item Close Accordion Item X’jiġri jekk nitlef il-mowbajl jew l-app tal-mowbajl tiegħi?

Sakemm ikollok il-passphrase tiegħek, tista’ timporta ċ-Ċertifikat tiegħek f’app ġdida meta trid u xorta tagħti prova li huwa tiegħek. Kemm tniżżel l-app mill-App Store, daħħal il-passphrase, u importa ċ-Ċertifikat tiegħek.

Il-passphrase tippermettilek ukoll li żżomm is-sjieda taċ-Ċertifikat tiegħek fuq bosta apparati. Għalhekk, pereżempju, tista’ ddaħħal il-passphrase fl-apps li tniżżel fuq it-tablet jew mowbajl ieħor, imbagħad timporta l-istess Ċertifikat f’dawk l-apps ukoll.

Madankollu, jekk titlef il-passphrase tiegħek, ma hemm l-ebda mod biex tagħti prova tas-sjieda taċ-Ċertifikat tiegħek. Tkun qisek tlift l-ID li turi li int tassew dak li qed tgħid li int; anke jekk għad għandek iċ-Ċertifikat tiegħek, ma tistax tagħti prova li huwa tiegħek. Jekk dan iseħħ, teħtieġ terġa’ tniżżel l-app, tikseb passphrase ġdida u tikkuntattjana biex nerġgħu noħorġulek iċ-Ċertifikat.

Open Accordion Item Close Accordion Item U jekk m’għandix smartphone jew tablet?

Il-Blockcerts Wallet App tista’ titniżżel u tintuża biss fuq mowbajl jew tablet. Mhuwiex obbligatorju li tniżżel il-Blockcerts Wallet App, iżda huwa rakkomandat li tniżżel l-App biex tkun tista’ tissejvja ċ-ċertifikati tal-IPS kollha tiegħek (u ċertifikati oħra maħruġa minn istituzzjonijiet oħrajn permezz ta’ Blockcerts) f’post wieħed fuq il-mowbajl jew it-tablet tiegħek.  

Jekk mhux possibbli għalik li tniżżel l-App fuq mowbajl jew tablet, stenna t-tieni e-mail mibgħuta mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi - “IPS Certification” - fejn tingħata istruzzjonijiet dwar kif:

Tissejvja l-kredenzjali fuq id-desktop/laptop tiegħek;

Tara/tivverifika l-kredenzjali diġitali tiegħek fuq id-desktop/laptop tiegħek; u

Tissejvja ċ-ċertifikat diġitali fuq id-desktop/laptop tiegħek.

Open Accordion Item Close Accordion Item Lil min nista’ nikkuntattja jekk ikolli aktar mistoqsijiet?

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-app taċ-ċertifikat blockchain tiegħek jew il-proċess għall-ħruġ tiegħu, jekk jogħġbok ikkuntattja lil [email protected]

Qegħdin hawn biex ngħinuk taċċetta u tuża ċ-ċertifikati blockchain!

FAQs dwar it-Test Psikometriku
Open Accordion Item Close Accordion Item Jeħtieġ li napplika għat-test psikometriku?

Le, it-test psikometriku jagħmel parti mill-Proċedura tal-Intervisti tal-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatriet Anzjani (SAAC). Dan jevalwa l-potenzjal għat-tmexxija, il-karatteristiċi tal-personalità u l-adattabbiltà tal-applikant biex jassumi pożizzjoni ta’ Kap permezz ta’ test magħmul mill-persuna nnifisha. Ir-riżultat tal-proċess ta’ valutazzjoni preliminari, ibbażat fuq it-test, se jservi bħala input għas-SAAC u anke għall-iżvilupp kontinwu tal-applikant. Jekk jogħġbok innota li mhuwiex fl-interess tiegħek li taqsam informazzjoni relatata mat-test magħmul minnek innifsek.

Open Accordion Item Close Accordion Item Kemm indum biex inlesti t-test psikometriku?

It-test isir fl-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) u jieħu madwar 30 minuta biex jitlesta.  Tirċievi e-mail mill-IPS meta tkun meħtieġ/a tattendi għat-test.

Open Accordion Item Close Accordion Item Min hu meħtieġ jagħmel it-test psikometriku?

Applikanti eliġibbli li ma għamlux test psikometriku fl-aħħar sentejn (2) ikunu meħtieġa jagħmlu dan it-test.

Open Accordion Item Close Accordion Item Jekk tagħmel test psikometriku, tkun eliġibbli għall-proċess tal-għażla?

Meta applikant jagħmel test psikometriku, dan ma jfissirx li huwa eliġibbli.

FAQs dwar Leave għall-Istudju
Open Accordion Item Close Accordion Item Jien intitolat/a għal leave għall-istudju?

Jekk temmejt il-perjodu ta’ prova tal-ewwel impjieg tiegħek mal-gvern, int eliġibbli biex tapplika għal leave għall-istudju.  Għal aktar informazzjoni, tista’ tirreferi għat-taqsima 3.2 tal-Manwal dwar Sponsorships u Leave għall-Istudju.

Open Accordion Item Close Accordion Item Kif napplika għal leave għall-istudju?

Biex tapplika għal leave għall-istudju teħtieġ tikteb ittra lis-Segretarju Permanenti tiegħek permezz tal-Kap tad-Dipartiment tiegħek fejn tispjega r-raġuni għaliex se tuża l-leave għall-istudju.  Mal-applikazzjoni tiegħek tkun meħtieġ/a tipprovdi evidenza dokumentarja li qed issegwi l-kors.

Open Accordion Item Close Accordion Item Għandi napplika għal leave għall-istudju bil-ħlas jew mingħajr ħlas?

Jekk il-kors tiegħek għandu rilevanza diretta għal xogħlok tista’ tapplika għal leave għall-istudju bil-ħlas.

Open Accordion Item Close Accordion Item Qed nagħmel kors bl-inizjattiva tiegħi stess. Jien intitolat/a għal leave għall-istudju biex nagħmel l-eżamijiet?

Jekk il-kors huwa relatat mal-impjieg tiegħek, kull sena tista’ tapplika għal għadd ta’ ġranet ta’ leave għall-istudju bil-ħlas kif spjegat fit-tabella fit-taqsima 3.2.3 tal-Manwal dwar Sponsorships u Leave għall-Istudju 

Jekk il-kors mhux rilevanti għall-impjieg tiegħek, tista’ tapplika għal leave għall-istudju mingħajr ħlas (ara t-taqsima 3.1 tal-Manwal dwar Sponsorships u Leave għall-Istudju.

Informazzjoni dwar it-Taħriġ tal-IPS fuq myPortal
Open Accordion Item Close Accordion Item Min jista’ jaċċessa myPortal?

L-uffiċjali pubbliċi kollha jistgħu jaċċessaw myPortal.

Open Accordion Item Close Accordion Item Kif naċċessa myPortal?

Tista’ taċċessa myPortal minn https://myportal.gov.mt .  Idħol billi tuża l-kont tal-e-ID, ta' CORP jew tal-iLearn tiegħek u mbagħad agħfas fuq it-tab Taħriġ.

Open Accordion Item Close Accordion Item X’informazzjoni hemm disponibbli dwar it-taħriġ tal-IPS fuq myPortal?

It-tab “IPS – training” f’myPortal turi l-lista tal-korsijiet ta’ taħriġ li attendejt u dawk il-korsijiet li bbukkjajt biex tattendi.  Hemm ukoll ir-rekord tal-attendenza u r-riżultat miksub fejn applikabbli.


It-tab “IPS – waiting list” tipprovdi informazzjoni dwar applikazzjonijiet għal korsijiet li ġew aċċettati mill-IPS iżda li għadek ma ġejtx assenjat/a data għalihom.

Open Accordion Item Close Accordion Item Xi tfisser “Partial” fil-Kolonna tal-Attendenza?

Meta kors huwa magħmul minn aktar minn sessjoni waħda, jiġifieri jsir matul għadd ta’ ġranet, u l-parteċipant ma jattendix is-sessjonijiet kollha, l-attendenza hija mmarkata bħala Parzjali (Partial).

Open Accordion Item Close Accordion Item Fuq myPortal, hemm informazzjoni disponibbli dwar korsijiet ta’ taħriġ tal-IPS li attendejt fi snin imgħoddija?

Id-data dwar taħriġ ippreżentat f’myPortal tinkludi informazzjoni dwar korsijiet/programmi ta’ taħriġ li attendejt fi snin riċenti.