Is-servizz ta’ gwida dwar karrieri huwa pprovdut ukoll għall-istudenti li jieħdu sehem fi skemi varji tal-IPS, inklużi apprendistati, studenti tal-IPS, u traineeships, u wkoll għall-uffiċjali pubbliċi sponsorjati li qed jistudjaw fl-Università ta’ Malta jew l-MCAST għal kwalifika mill-MQF Livell 5 u ogħla. Dan is-sapport jgħin lill-istudenti meta jkollhom mistoqsijiet akkademiċi, bl-organizzazzjoni tal-ippjanar tal-karriera, u bil-provvediment ta’ sapport ta’ kwalità addizzjonali matul l-istudju tagħhom.
Gwida dwar Karrieri mill-IPS
Ħarsa Ġenerali lejn il-Gwida dwar Karrieri fi ħdan is-Servizz Pubbliku ta’ Malta
Il-Gwida dwar Karrieri huwa servizz personalizzat li joffri sapport lill-impjegati tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS), People360, il-Programm ta’ Appoġġ għall-Impjegati (ESP), id-Direttorat tar-Riżorsi, u d-Direttorat tar-Relazzjonijiet Industrijali (IRU), kollha taħt id-Diviżjoni dwar Nies u Standards fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ta’ Malta. Dan is-servizz huwa mfassal apposta biex jindirizza l-ħtiġijiet tal-karriera, il-perkorsi professjonali, il-pożizzjoni tal-impjieg attwali, u l-għanijiet professjonali futuri tal-uffiċjali pubbliċi. L-appoġġ jinkludi l-ippjanar tal-karriera, il-valutazzjoni tal-ħiliet, l-identifikazzjoni ta’ lakuni fil-ħiliet, il-ħiliet li jitqabblu ma’ opportunitajiet, l-analiżi tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ, l-esplorazzjoni tal-progressjoni tal-karriera, u l-kunsidrazzjoni ta’ perkorsi tal-karriera alternattivi.
Sapport għall-Istudenti
Attrazzjoni tat-talent u Attivitajiet fil-Komunità
Is-servizz ta’ Gwida dwar Karrieri huwa pprovdut ukoll waqt Freshers u Expos fl-MCAST u l-Università ta’ Malta, kif ukoll f'attivitajiet oħra relatati mal-karrieri fl-iskejjel sekondarji ta’ Malta u Għawdex. Din l-għajnuna tgħin biex ikun hemm inqas ħiliet imqabblin b'mod ħażin ma' opportunitajiet, tingħata spinta lill-produttività, tħeġġeġ l-innovazzjoni, jinżamm it-talent lokali, u jingħalaq id-distakk bejn l-edukazzjoni u l-impjieg fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta.
Aċċess għas-Servizzi tal-Gwida dwar Karrieri
L-impjegati kollha fi ħdan is-Servizz Pubbliku ta’ Malta u l-istudenti li jieħdu sehem fl-iskemi tal-IPS huma eliġibbli biex ikollhom aċċess għas-servizzi tal-Gwida dwar Karrieri tal-IPS. Biex tikkuntattjana, tista’ tibgħat e-mail fuq [email protected] jew ċempel 22001895.