L-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) jipproċessa d-data personali skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679) (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Kap. 586)), sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mat-taħriġ u, fejn applikabbli, ir-riċerka, sew jekk miżmuma f’forma elettronika jew f'forma manwali.
Politika tal-IPS dwar iż-Żamma tad-Data
Il-Protezzjoni tad-Data u d-Drittijiet Tiegħek
Taħriġ
Id-data personali mill-formoli tal-applikazzjonijiet għal korsijiet tinġabar u tiġi mmaniġġjata mill-istaff tal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi u tintuża biex tistieden lill-applikanti biex jattendu programmi ta’ taħriġ. Id-data personali rigward applikazzjonijiet għal korsijiet, u l-attendenza għalihom, tinżamm mill-Istitut, u tista’ tiġi żvelata lil dipartimenti tal-Gvern, awtoritajiet pubbliċi oħrajn, u partijiet terzi għal skopijiet ta’ amministrazzjoni pubblika u l-maniġment tar-riżorsi umani.
Riċerka
Xi proġetti tar-riċerka għandu mnejn jinvolvu l-ġbir ta’ data personali għal finijiet speċifiċi, bħal biex isir stħarriġ. F’tali każijiet, id-data personali tiġi eskluża mir-rapporti tar-riċerka. Barra minn hekk, fejn possibbli, id-data tar-riċerka tinġabar b’tali mod li teskludi l-informazzjoni personali, pereżempju billi dawk li jwieġbu għall-istħarriġ ikunu jistgħu jissottomettu t-tweġibiet tagħhom b’mod anonimu.
Il-Politika tal-IPS dwar iż-Żamma tar-Rekords
Il-Politika dwar iż-Żamma tar-Rekords tal-IPS hija disponibbli billi tagħfas fuq din il-link.
Id-drittijiet tiegħek
Int intitolat(a) li tkun taf, mingħajr ħlas, x’informazzjoni l-Istitut għandu u jipproċessa dwarek u għaliex; min għandu aċċess għaliha; kif tinżamm aġġornata; u x'qed jagħmel l-Istitut biex ikun konformi mal-obbligi tiegħu skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data.
L-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data jistabbilixxi proċedura formali dwar kif jiġu indirizzati talbiet għal aċċess tas-suġġett tad-data, u l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi jsegwiha.
Jekk tixtieq tkun taf x’informazzjoni personali l-Istitut iżomm dwarek, ibgħat talba bil-miktub lill-Kontrollur tad-Data tal-Istitut. Inkludi dettalji tal-identifikazzjoni bħal ismek, in-numru tal-ID u l-indirizz tiegħek. Jekk meħtieġ, tintalab ukoll tippreżenta l-karta tal-identità tiegħek, il-liċenzja tas-sewqan jew il-passaport għal finijiet ta’ identifikazzjoni.
L-Istitut għandu l-mira li jikkonforma malajr kemm jista’ jkun mat-talbiet mis-suġġetti tad-data għal aċċess għall-informazzjoni personali tagħhom stess u jiżgura li din tingħata fi żmien raġonevoli, sakemm ma jkunx hemm raġuni valida għad-dewmien. Meta talba għal aċċess ma tkunx tista’ tiġi milqugħa fi żmien raġonevoli, ir-raġuni tiġi spjegata bil-miktub lis-suġġett tad-data li jagħmel it-talba.
Is-suġġetti tad-data kollha għandhom id-dritt jitolbu li l-informazzjoni tagħhom tiġi emendata, imħassra jew ma tintużax fil-każ li d-data hija żbaljata.
Kontrollur tad-Data
Il-Kontrollur tad-Data tal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi jista’ jiġi kkuntattjat hekk kif ġej:
Bil-posta:
San Salvatore Bastion
Triq Sa Maison
Il-Furjana, FRN 1610
Permezz ta’ e-mail:
[email protected]