It-tnedija tat-8 edizzjoni tal-IPS Journal
L-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) ħareġ it-tmien edizzjoni tal-IPS Journal, bit-tema Shaping a Public Service Culture towards a Service of Excellence. L-IPS Journal jiġbor flimkien ir-riċerka akkademika u r-realtajiet ta’ kuljum tal-amministrazzjoni pubblika.
Din l-edizzjoni, peer-reviewed, tinkludi sitt artikli minn akkademiċi, uffiċjali għolja mis-servizz pubbliku u prattikanti. Dawn ikopru suġġetti relevanti għall-istituzzjonijiet pubbliċi ta’ Malta, inklużi t-traduzzjoni u l-interpretazzjoni tas-Servizz Pubbliku, il-kreattivita’ u l-innovazzjoni, it-titjib tal-ħiliet diġitali, ir-riforma fir-regolamentazzjoni tal-kera, l-impatt tal-EU Funding, u l-governanza tal-bajjiet. Kull artiklu huwa bbażat fuq evidenza u joffri rakkomandazzjonijiet prattiċi għall-Ministeri u l-entitajiet.
L-edizzjoni tinkludi wkoll l-istoryboard tal-IPS, li tinkludi l-inizjattivi ewlenin tal-Istitut matul l-2026, mill-iskemi tal-istudenti u r-riċerka dwar il-kompetenzi sas-sħubija mal-Coursera.
L-IPS jirringrazzja lill-kontributuri, ir-reviżuri, u l-membri kollha tal-Bordijiet Editorjali u ta’ Koordinazzjoni għad-dedikazzjoni tagħhom. Il-qarrejja huma mistiedna jaqraw, jikkwotaw u japplikaw is-sejbiet imsemmija. It-8 edizzjoni, flimkien mal-edizzjonijiet preċedenti kollha, hija disponibbli fuq il-paġna tal-Pubblikazzjonijiet tal-IPS.