English Maltese
Public Service Logo divider Site Logo
  • Dwarna
    Dwar l-IPS L-Istrateġija Tagħna Akkreditazzjoni Libertà tal-Informazzjoni Politika tal-IPS dwar iż-Żamma tad-Data Struttura Organizzattiva
  • Attrazzjoni tat-Talent
    Attrazzjoni tat-Talent Gwida dwar Karrieri mill-IPS
  • Taħriġ U Żvilupp
    It-Taħriġ u l-Iżvilupp Prospectus Opportunitajiet ta’ Taħriġ Korsijiet miftuħin għall-applikazzjoni KORSIJIET MIMLIJA U PASSATI Taħriġ Imfassal Apposta ESF+.03.345
  • Riċerka u Publikazzjoni
    Riċerka Librerija IPS Pubblikazzjonijiet
  • Ikkuntattjana
  • image
    Sapport
    FAQs Gwidi BlockCerts
    Aħbarijiet Vidjows
  • Dwarna
    Dwar l-IPS L-Istrateġija Tagħna Akkreditazzjoni Libertà tal-Informazzjoni Politika tal-IPS dwar iż-Żamma tad-Data Struttura Organizzattiva
  • Attrazzjoni tat-Talent
    Attrazzjoni tat-Talent Gwida dwar Karrieri mill-IPS
  • Taħriġ U Żvilupp
    It-Taħriġ u l-Iżvilupp Prospectus Opportunitajiet ta’ Taħriġ Korsijiet miftuħin għall-applikazzjoni KORSIJIET MIMLIJA U PASSATI Taħriġ Imfassal Apposta ESF+.03.345
  • Riċerka u Publikazzjoni
    Riċerka Librerija IPS Pubblikazzjonijiet
  • Ikkuntattjana

  • Sapport
    FAQs Gwidi BlockCerts
  • Aħbarijiet
  • Vidjows
News Banner
Back Mur Lura

Is-Servizz Pubbliku jilqa’ l-istudenti fil-Freshers’ Week 2026

Date05.10.2026

Freshers’ Week 2026 qiegħda hawn, u s-Servizz Pubbliku lest li jiltaqa’ mal-istudenti fl-Università ta’ Malta (UOM) u l-MCAST Poala!

Mill-5 sad-9 ta’ Ottubru, is-Servizz Pubbliku se jkun fl-Università ta’ Malta u fl-MCAST Paola mill-5 sas-7 ta’ Ottubru. Din is-sena, is-Servizz Pubbliku qed jespandi l-preżenza tiegħu u joffri saħansitra aktar modi kif l-istudenti jiskopru opportunitajiet, jiksbu informazzjoni utli u jingħaqdu mar-rappreżentanti tas-Servizz Pubbliku.

L-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) se jkun fl-istand matul il-Freshers’ Week kollha, u jagħti ċ-ċans lill-istudenti jsiru jafu aktar dwar l-opportunitajiet disponibbli għalihom. L-istudenti jistgħu jitgħallmu aktar dwar l-IPS Under/Post-Graduate Scheme u l-ICT Scheme, li t-tnejn li huma bħalissa  miftuħin għall-applikazzjonijiet sad-9 ta’ Ottubru. Ir-rappreżentanti tal-IPS se jkunu disponibbli biex iwieġbu kwalunkwe mistoqsija u jiggwidaw lill-istudenti kif xieraq.

Se jkun hemm ukoll ħafna attivita’ fl-istand tas-Servizz Pubbliku. L-istudenti jistgħu jieħdu sehem f’firxa ta’ attivitajiet divertenti u interattivi, fosthom:

• Kompetizzjoni tal-Polaroid – Ħu ritratt Polaroid fl-istand tas-Servizz Pubbliku, ixxerja selfie li tinkludi r-ritratt tiegħek fuq il-midja soċjali u tteggja l-istazzjonijiet tal-midja soċjali tas-Servizz Pubbliku għal ċans li tirbaħ kamera tal-Polaroid.

• Fortune Teller – Ikseb il-karta tal-fortuna tiegħek u ara x’messaġġ jista’ jkun qed jistenniek!

• Choose your Calories – ittestja l-għarfien tiegħek mal-interattiva tat-Taqsima għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, permezz tal-logħba ‘Choose your Calories’ u pprova xi protein balls.

• Rota li tiffranka l-enerġija – Aqbeż fuq ir-rota, iġġenera l-enerġija, u tkun fi triqtek għall- smoothie tiegħek stess.

• Attività ta’ taħwil – Midd idejk ma’ AmbjentMalta u ħu sehem f’attività divertenti ta’ tħawwil.

Jekk tixtieq tesplora opportunitajiet ta’ karriera, tieħu parir dwar l-iskemi tal-istudenti tal-IPS jew sempliċiment tieħu sehem fl-attivitajiet tagħna, kun ċert/a li żżur l-istand tas-Servizz Pubbliku waqt il-Freshers’ Week.

Ejja ħdejna, staqsi l-mistoqsijiet, involvi ruħek u skopri x’għandu x’joffri s-Servizz Pubbliku.

Nisperaw li narawkom hemm!

Gallery Image
Gallery Image
Gallery Image
Gallery Image
Gallery Image
Gallery Image
Gallery Image
Previous Next
Data tal-Pubblikazzjoni: 05 Ottubru 2026
Ixxerja dan l-artiklu
  • LinkedIn
  • Facebook
  • Twitter

Oħra

Latest News

Is-Servizz Pubbliku jilqa’ l-istudenti fil-Freshers’ Week 2026

Read More
Latest News

MCAST TEENS TALK 2026

Read More
Aktar Aħbarijiet More
Government Logo
  • Dwarna
  • Attrazzjoni tat-Talent u Inizjattivi
  • Taħrig U Żvilupp
  • Riċerka, Publikazzjoni u Librerija
  • Sapport
  • Aħbarijiet
  • Ikkuntattjana
Website Footer Icon
Footer Site Logo
  • Termini ta' Użu
  • Politika tal-Privatezza
  • Cookie Policy
  • Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilità
Dan is-sit juża l-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies awtomatikament. MoreInformation