IPS Student Scheme - Summer Plus Programme
Is-Servizz Pubbliku kburi li qed jieħu sehem fil-Freshers’ Week 2025, fejn se jilqa’ lill-istudenti kemm fl-Università ta’ Malta kif ukoll fl-MCAST. Din l-inizjattiva annwali tirrifletti l-impenn kontinwu tas-Servizz Pubbliku li jkun preżenti, aċċessibbli, u ta’ appoġġ għaż-żgħażagħ hekk kif jibdew il-vjaġġ akkademiku tagħhom.
Mid-29
ta’ Settembru sat-3 ta’ Ottubru, is-Servizz Pubbliku se jkun preżenti
fl-Università ta’ Malta, imbagħad mis-6
sat-8 ta’ Ottubru fl-MCAST, Raħal Ġdid. Din is-sena l-parteċipazzjoni
tirrifletti espansjoni sinifikanti kemm fil-preżenza kif ukoll fis-servizzi
offruti, b’enfasi fuq li l-appoġġ essenzjali jsir aktar aċċessibbli
għall-istudenti.
Bħal fis-snin ta’ qabel, l-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS) kellu rwol ewlieni fl-appoġġ għal din l-inizjattiva u għal darb’oħra se jkun preżenti fl-istend, fejn se joffri lill-istudenti aċċess dirett għal informazzjoni dwar l-iskemi tal-IPS u l-firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet disponibbli għalihom.
Fl-istend tas-Servizz Pubbliku, l-istudenti jistgħu jibbenefikaw minn varjetà ta’ servizzi u attivitajiet, fosthom:
L-istudenti huma mħeġġa jżuru l-istand biex jaċċessaw is-servizzi direttament,
jistaqsu mistoqsijiet, u jieħdu sehem f’attivitajiet divertenti u informattivi
li jippromwovu l-benesseri u l-ħajja tal-istudenti.
Il-Freshers’ Week tipprovdi opportunità unika għas-Servizz Pubbliku biex jiltaqa’ mal-istudenti wiċċ imb wiċċ, u joffri appoġġ prattiku u gwida f’ambjent amikevoli u aċċessibbli.
Ejjew iltaqgħu magħna — aħna hawn għalikom!