IPS Student Scheme - Summer Plus Programme
L-applikazzjonijiet issa huma miftuħa għall-IPS Student Scheme - ICT għal studenti rreġistrati f’korsijiet tal-ICT tal-Livell 4 jew il-Livell 6 fl-UM, l-MCAST u Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja oħra, kif deskritt fis-sejħa tal-PSC. Din l-iskema toffri opportunità eċċellenti għall-istudenti biex jesperjenzaw l-ambjent tax-xogħol u jesploraw karriera potenzjali fis-Servizz Pubbliku. Tipprovdi tranżizzjoni bla xkiel mill-ħajja akkademika għal impjieg full-time, u tippermetti lill-istudenti jiksbu esperjenza prattika siewja waqt li jkomplu bl-istudji tagħhom. Wara li jlestu b’suċċess il-kors tagħhom, l-istudenti jistgħu jistennew mogħdija mingħajr wisq xkiel għal karriera sodisfaċenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku ta’ Malta.
L-Iskema tal-IPS toffrilek dawn il-benefiċċji:
Lest(a) biex taħtaf din l-opportunità? Is-sejħiet fetħu fis-7 ta’ Marzu 2025.
Għal aktar informazzjoni u biex tapplika:
Sejħa għall-applikazzjonijiet għal studenti
rreġistrati biex jinħatru bħala Systems Administrator jew Systems
Analyst mat-tlestija b’suċċess ta’ kors li jwassal għal kwalifika
fil-Livell 6 tal-MQF mal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST),
l-Università ta’ Malta (UM) jew kwalunkwe Istituzzjoni tal-Edukazzjoni Għolja
rikonoxxuta oħra – Tista’ tapplika minn din il-Link.
Ikkuntattjana fuq 2200 1884 jew [email protected] u
aħna niggwidawk fil-passi li jmiss.