L-Istitut għas-Servizzi pubbliċi jipparteċipa fl-I Choose Fair 2026
L-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS), flimkien mal-Università ta’ Malta, qed joffri Higher Diploma MQF Livell 5 f’Organisaiton and Business Leadership, kompletament sponsorjata.
Id-diploma hija ddisinjata għall-professjonisti li jixtiequ jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ tmexxija tagħhom. Il-programm ta’ 18-il xahar jagħti lill-parteċipanti għarfien prattiku u ħiliet strateġiċi meħtieġa biex imexxu timijiet, jimmaniġġjaw il-bidla organizzattiva, u jmexxu l-eċċellenza tan-negozju.
Kemm jekk qed tfittex li tavvanza fil-karriera tiegħek kif ukoll jekk tixtieq tissaħħaħ fit-tmexxija fis-servizz pubbliku, din id-diploma toffri opportunità eċċellenti biex tikseb kwalifika rikonoxxuta nazzjonalment.
Il-programm jgħaqqad tagħlim akkademiku ma’ prattiċi tat-tmexxija fid-dinja reali, u jippermetti lill-parteċipanti jiżviluppaw ħiliet kritiċi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, komunikazzjoni u ġestjoni li huma apprezzati ħafna f’organizzazzjonijiet differenti.
L-applikanti li huma interessati huma mħeġġa japplikaw u jagħmlu l-pass li jmiss fl-iżvilupp professjonali tagħhom.
Għal aktar informazzjoni u biex TAPPLIKA ikklikkja HAWN.