English Maltese
Public Service Logo divider Logo
  • Dwarna
    Dwar l-IPS L-Istrateġija Tagħna Akkreditazzjoni Libertà tal-Informazzjoni Politika tal-IPS dwar iż-Żamma tad-Data Struttura Organizzattiva
  • Attrazzjoni tat-Talent
    Attrazzjoni tat-Talent Gwida dwar Karrieri mill-IPS
  • Taħriġ U Żvilupp
    It-Taħriġ u l-Iżvilupp Prospectus Opportunitajiet ta’ Taħriġ Korsijiet miftuħin għall-applikazzjoni KORSIJIET MIMLIJA U PASSATI Taħriġ Imfassal Apposta ESF+.03.345
  • Riċerka u Publikazzjoni
    Riċerka Librerija IPS Pubblikazzjonijiet
  • Ikkuntattjana
  • image
    Sapport
    FAQs Gwidi BlockCerts
    Aħbarijiet Vidjows
  • Dwarna
    Dwar l-IPS L-Istrateġija Tagħna Akkreditazzjoni Libertà tal-Informazzjoni Politika tal-IPS dwar iż-Żamma tad-Data Struttura Organizzattiva
  • Attrazzjoni tat-Talent
    Attrazzjoni tat-Talent Gwida dwar Karrieri mill-IPS
  • Taħriġ U Żvilupp
    It-Taħriġ u l-Iżvilupp Prospectus Opportunitajiet ta’ Taħriġ Korsijiet miftuħin għall-applikazzjoni KORSIJIET MIMLIJA U PASSATI Taħriġ Imfassal Apposta ESF+.03.345
  • Riċerka u Publikazzjoni
    Riċerka Librerija IPS Pubblikazzjonijiet
  • Ikkuntattjana

  • Sapport
    FAQs Gwidi BlockCerts
  • Aħbarijiet
  • Vidjows

ESF+.03.345

A Career of Service – a lifelong learning experience within the Public Administration

Dan il-proġett huwa maħsub biex joffri taħriġ – kemm Malta kif ukoll barra - f’oqsma differenti lil uffiċjali pubbliċi. Dawn se jkollhom l-opportunità li jitħarrġu permezz ta’ boroż ta’ studju għal korsijiet akkademiċi, seminars, konferenzi, taħriġ vertikali u placements, u li jpoġġu fil-prattika dak li jkunu tgħallmu fuq il-post tax-xogħol. Din hija t-triq li l-Amministrazzjoni Pubblika trid timxi fuqha biex l-impjegati tagħha jkollhom dejjem aktar ħiliet aħjar. 

Huwa maħsub li dan il-proġett jinvesti fit-taħriġ, tagħlim u żvilupp fuq l-istess direzzjoni kemm tal-missjoni tal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi kif ukoll tal-Operational Programme, u speċifikament tas-sejħa li taħtha jaqa’ l-għan tat-tagħlim tul il-ħajja u t-transizzjonijiet tal-karriera. 

L-investiment se jkun immirat lejn dawn l-oqsma:

  1. Taħriġ Akkademiku
  2. Titjib ta’ ħiliet u akkwist ta’ ħiliet ġodda (upskilling u reskilling) kemm tal-impjegati tekniċi kif ukoll ta’ dawk li għandhom għarfien tekniku jew li huma esperti fil-qasam tagħhom u li jixtiequ jimxu lejn pożizzjonijiet ta’ tmexxija jew li jeħtiġilhom iwettqu dmirijiet ġodda skont l-eżiġenzi tas-Servizz. 
  3. Il-perspettiva internazzjonali: attivitajiet f’Malta mmexxija minn esperti barranin, attivitajiet barra minn Malta, opportunitajiet ta’ job shadowing,  inkluż internships u placements.
  4. Taħriġ vertikali: dan se jgħin lil dawk il-ministeri li għandhom proġetti speċifiċi ta’ taħriġ li hu meħtieġ fil-qasam partikolari tagħhom. Dawn l-oqsma jistgħu ma jkunux neċessarjament dawk li fuqhom qiegħed jiffoka dan il-proġett iżda li madankollu xorta waħda jaqgħu taħt il-kappa ta’ tagħlim tul il-ħajja u tranżazzjonijiet tal-karriera.  

Boroż ta’ Studju għal Korsijiet Akkademiċi


Wara s-suċċess tal-proġett ESF04.085 fejn ġew sponsorjati numru sabiħ ta’ parteċipanti għal programmi akkademiċi, l-IPS reġa’ nieda l-istess inizjattiva. In-nefqa totali ppjanata għal dawn il-boroż ta’ studju hija ta’ €1,500,000 u l-boroż jingħataw lil dawk li japplikaw l-ewwel. Is-sejħa għal dawn il-boroż ħarġet diġà u se tibqa’ miftuħa.  

Livelli ta’ Sponsorjar:

Livell 8 – Dottorat
Livell 7 – Maġisteru jew Diploma/Ċertifikat Postlawrja
Livell 6 - Baċellerat
Livell 5 – Studji pregradwatorji 

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-IPS flimkien ma’:

  • Tagħrif fuq il-kontenut tal-kors; u
  • Ittra Finali ta’ Aċċettazzjoni mill-Università jew Istituzzjoni.

Niżżel

  • ESF+.03.345 Call for Academic Sponsorships
  • ESF+.03.345 Application Form – Academic Courses
  • Financial Identification Form (FIF)​​

Avvenimenti Internazzjonali


Wara l‑implimentazzjoni b’suċċess tal‑proġett ESF 04.085, li permezz tiegħu uffiċjali nominati mill‑Amministrazzjoni Pubblika ġew sponsorjati biex jattendu avvenimenti internazzjonali, l‑Istitut għas‑Servizzi Pubbliċi (IPS) qed jerġa’ jniedi din l‑attività, din id-darba taħt il-proġett ESF+0.0345.

Il-fondi allokati għall‑Avvenimenti Internazzjonali se jiġu amministrati fuq bażi ta’ min japplika l‑ewwel (first come first served). Inħarġet sejħa għall‑applikazzjonijiet li tibqa’ miftuħa sakemm il‑fondi disponibbli jispiċċaw. L‑Istitut għas‑Servizzi Pubbliċi (IPS) joħroġ ċirkulari ta’ notifika f’dan ir-rigward.

Avvenimenti internazzjonali jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, seminars, konferenzi, workshops u forums. Se jiġu kkunsidrati wkoll korsijiet ta’ taħriġ qosra u speċjalizzati li jsiru barra minn Malta, bil‑kundizzjoni li t-tul ta’ żmien tagħhom ma jaqbiżx ġimagħtejn. Il‑laqgħat fuq xogħol(meetings) mhumiex eliġibbli għal sponsorship.

L‑applikazzjonijiet għandhom jaslu għand l‑Istitut għas‑Servizzi Pubbliċi (IPS) flimkien ma’ dawn d‑dokumenti mniżżla fiċ-ċirkulari.

Għal avvenimenti li jsiru barra mill‑Unjoni Ewropea, l‑applikanti għandhom jippreżentaw ittra separata, mehmuża mal‑applikazzjoni u approvata mis‑Segretarju Permanenti, li tiġġustifika u tispjega għaliex l‑applikant jeħtieġ li jattendi dan il‑kors jew avveniment speċifiku barra mill‑Unjoni Ewropea. Din il‑ġustifikazzjoni ma tkunx meħtieġa jekk l‑avveniment isir fil‑pajjiżi EEA/EFTA (l‑Islanda, Liechtenstein u n‑Norveġja) jew fir‑Renju Unit.

Niżżel

  • ESF+.03.345 Call for International Events
  • ESF+.03.345 Application Form – International Events
  • Financial Identification Form (FIF)​​

Ikkuntattjana


Istitut għas-Servizzi Pubbliċi
Att: Taqsima Fondi UE
Il-Bastjun ta’ San Salvatore
Triq Sa Maison
Il-Furjana

Tel:   22001852, 22001854, 22001904
Email:     [email protected]

Logo
  • Dwarna
  • Attrazzjoni tat-Talent u Inizjattivi
  • Taħrig U Żvilupp
  • Riċerka, Publikazzjoni u Librerija
  • Sapport
  • Aħbarijiet
  • Ikkuntattjana
Logo
Logo
  • Termini ta' Użu
  • Politika tal-Privatezza
  • Cookie Policy
  • Dikjarazzjoni ta' Aċċessibilità